“Sfortunatament, Tlifna Membru Ieħor Għażiż Tal-Familja Tagħna, Ziju Lawrence” – Shawn Mifsud

Shawn u Graziana Mifsud b’qalbhom maqsuma ħabbru t-telfa taz-ziju Lawrence.

Huma kitbu fuq il-paġna tagħhom, “Sfortunatament, tlifna membru ieħor għażiż tal-familja tagħna, ziju Lawrence. Il-funeral tiegħu se jsir nhar il-21 ta’ Settembru fid-9:15 ta’ filgħodu, fil-knisja Santa Thereza Birkirkara, fejn se ningħaqdu flimkien biex nagħtuh l-aħħar tislima u l-aħħar addiju tagħna. Nittamaw li tkunu magħna biex flimkien nagħtuh l-aħħar tislima u nfakkru l-ħajja tiegħu b’imħabba u rispett.”

Żiedu jgħidu, “Jiena nsib faraġ fil-ħsieb li Lawrence issa se jerġa’ jiltaqa’ ma’ missieri, ħuh Noel Mifsud, li tant kien iħobb. Wara ż-żmien kollu, issa reġgħu flimkien u jiltaqgħu mill-ġdid fil-ġenna, fejn nittama li jkunu qed iħarsu fuqna u jħarsuna b’imħabba.”

Jistrieħ fis-sliem u l-paċi. Il-memorja tiegħu tibqa’ fi qlubna għal dejjem.

Ritratti:

Facebook / Shawn U Graziana Mifsud

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI