Il-Maltemp Iqiegħed Fil-Periklu L-Cospicua Short Play Festival – Deċiżjoni Uffiċċjali Mistennija Fis-19:00

L-edizzjoni ta’ llejla tal-Cospicua Short Play Festival tinsab f’inċertezza kbira hekk kif il-kundizzjonijiet tat-temp xejn favorevoli f'riskju li jħassru l-pjanijiet tal-organizzaturi u tad-dilettanti taċ-ċinema. L-avveniment, li kien skedat li jlaqqa' għadd kbir ta' spettaturi f'Bormla għal serata ddedikata għall-produzzjonijiet lokali u internazzjonali, jista' ma jsirx kif ippjanat.

L-organizzaturi avżaw li bħalissa qed isegwu b'mod kontinwu l-iżviluppi tat-temp u d-deċiżjoni uffiċjali dwar jekk il-festival hux se jsir jew jiġix ikkanċellat se tittieħed b'mod definittiv fis-7:00pm. Fl-istess waqt, ġie kkonfermat li anke jekk jingħata d-dawl aħdar biex l-attività tkompli, il-festival se jibda aktar tard mill-ħin li kien imħabbar oriġinarjament sabiex ikunu żgurati s-sigurtà u t-tħejjijiet kollha meħtieġa.

Dawk kollha li kienu qed jippjanaw li jattendu huma mħeġġa jżommu għajnejhom fuq l-aġġornamenti uffiċjali tal-paġna qabel ma joħorġu mid-dar.

Ritratti:

Facebook/Bormla Local Council

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI