Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp żammew lis-segwaċi tagħhom aġġornati b’dak li hu mistenni mit-temp.
Huma qalu, “Kif tajtkom dalgħodu ser ngħamlu aġġornament ieħor. Ninsabu bejn żewġ maltempati li fihom l-ilma. Iżda kif wieħed jista’ jara mill-grafika, hemm kuridur li fih qiegħed ibiegħed iż-żewġ maltempati minn fuqna.”
Żiedu, “L-unika possibilita ta' xita hija bejn nofsilejl u l-erbgħa ta’ filgħodu. Riħ jibqa’ kif inhu bħalissa. Dak il-ħin huwa possibli għax qiegħed jinqata’ xi sħab mis-sistema ta’ Maltemp li hemm.”
Mistenni wkoll aġġornament ieħor madwar it-tlieta ta’ waranofsinhar.