Domenica Mifsud – Ħalliet Din Id-Dinja Fl-Età Ta’ 100 Sena U Nġabret Somma Għal Puttinu Cares Fil-Funeral Tagħha

Riċentament ħalliet din id-dinja Domenica Mifsud li kellha għal qalbha lil Puttinu Cares fejn fil-funeral tagħha nġabret donazzjoni b’risq l-istess għaqda. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares sellmu l-memorja tagħha.

Qalu, "B’tifkira għażiża ta’ Domenica Mifsud, li ħallietna nhar is-Sibt, 12 ta’ Settembru 2026, ftit qabel ma kienet tagħlaq 101 sena."

Żiedu, "Puttinu Cares dejjem kellu post speċjali f’qalbha, u għalhekk, waqt l-aħħar tislima tagħha, l-familja talbet biex minflok fjuri jingħataw donazzjonijiet lil din l-għaqda. Grazzi għall-ġenerożità ta’ dawk kollha li taw kontributt, inġabret is-somma ta’ €625. Minn qalbna nirringrazzjaw lil kull min ta l-kontribut tiegħu u appoġġja din il-kawża tant ġusta b’tifkira tagħha. Il-ġenerożità u t-tjubija tagħkom huma apprezzati immens."

Ritratti:

Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI