Skont Bird Life Malta, raġel qatel Spanjulett, speċi protetta, fejn allegatament rifsu wkoll taħt saqajh. Dan jista’ jwassal għal multa ta’ €5,000 u projbizzjoni għal dejjem mil-liċenzja tal-kaċċa.
Qalu, “Tajra protetta inqatlet apposta. U huwa diffiċċli wieħed jara l-moħqrija li qbadniha f'filmat. Ilbieraħ, f’Ħal Farruġ, kaċċatur inqabad fuq filmat joqtol Spanjulett, speċi protetta. Il-filmat juri lill-kaċċatur jagħfas l-għasfur taħt saqajh sakemm ħa l-aħħar nifs. Il-kaċċatur ma kienx jaf li tim ta' Raptor Camp ta' BirdLife Malta kien qed jaħdem fiż-żona. Bis-saħħa tal-intervent tagħhom, l-inċident ġie rrappurtat lill-puliizja tal-EPU. L-uffiċjali arrestaw lill-kaċċatur u, wara tfittxija bir-reqqa, rnexxielhom jirkupraw l-iSpanjulett mejjet.”
Żiedu, “Kif jistgħu jibqgħu jseħħu inċidenti bħal dawn jekk il-qtil ta’ Spanjulett jista’ jwassal għal multa ta’ €5,000 u projbizzjoni għal dejjem, milli wieħed ikollu liċenzja tal-kaċċa? Kastig bħal dan mhux biżżejjed, jew ma jfisser xejn, meta kaċċaturi joqtlu apposta speċi protetti għax jaħsbu li ħadd mhu se jarahom?”
Temmew jgħidu, “Aqsam dan il-filmat. In-nies għandhom jaraw għaliex il-ħarsien tal-fawna selvaġġa ta’ Malta jeħtieġ infurzar aktar b’saħħtu u deterrenti aktar b’saħħithom.”