Voice For Choice - L-għażla tagħha qasmu messaġġ rigward il-mixja favur id-dritt tal-għażla li ser tkun nhar is-Sibt li ġej, kif ukoll dwar it-tema ta’ din is-sena.
Qalu, “Ingħaqdu magħna fil-mixja favur id-dritt tal-għażla ta’ din is-sena, li se ssir is-Sibt 26 ta’ Settembru fil-17:00. Il-mixja tibda minn Pjazza Kastilja u tintemm fi Pjazza San Ġorġ, fejn se jkun hemm diskorsi, l-kor femminista Re-Sisters u oħrajn.”
Żiedu, “It-tema ta’ din is-sena hi “Oħt! Ħsiebi Fik! xx” Għażilnieha għax, filwaqt li l-Istat jibqa’ jinjora lin-nisa u lil persuni oħra li jistgħu joħorġu tqal, in-nisa qed ikunu hemm għal xulxin, b’għajnuna prattika u appoġġ emozzjonali. In-nisa f’Malta bnew komunità li ma tħalli lil ħadd warajha. Din il-mixja se tkun ċelebrazzjoni ta’ dik is-solidarjetà, kif ukoll sejħa biex l-abort ma jibqax reat f’Malta. Ejjew inkunu dik l-oħt il-kbira li xi ħadd għandu bżonn.”