Pazjenti Ta’ Puttinu Jerfgħu L-Istatwa Tal-Bambina Waqt Festa Speċjali F’Sutton

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares qasmu moment ħelu minn ġewwa Sutton fejn pazjenti refgħu l-vara ta’ Maria Bambina.

Huma qalu, “Festa sabiħa tal-Bambina fl-Appartamenti ta’ Puttinu gewwa Sutton, organizzata mill-Parroċċa tal-Isla, bil-parteċipazzjoni tal-banda li ferrħet lill-pazjenti u lill-familji tagħhom.  Mument tassew speċjali kien meta l-Bambina ġiet merfugħa mill-pazjenti stess. Dan kien ġest sabiħ mimli emozzjoni u devozzjoni.”

Żiedu, “Grazzi mill-qalb lil kull min kien parti minn din l-organizzazzjoni u għen biex tinħoloq atmosfera tant sabiħa. Ringrazzjament speċjali lil Anthony Delicata u lit-tim tiegħu għall-professjonalità u d-dedikazzjoni tagħhom, bħal dejjem. Viva l-Bambina!”

Ritratti:

Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI