Ħalla din id-dinja Joseph Grima, wieħed mill-fundaturi bikrija tal-G3 Group u ħu ċ-Chairman attwali tal-grupp, John Grima.
G3 Group, il-kumpanija wara l-Pergola u s-Solana Hotels fil-Mellieħa, sellmet il-memorja tiegħu permezz ta’ messaġġ, fejn iddeskrivietu bħala persuna ta’ karattru ferrieħi u dedikazzjoni li matul is-snin messet il-ħajja ta’ ħafna nies u qalgħet ir-rispett u l-għożża ta’ dawk kollha li kellhom l-opportunità jkunu jafuh.
Il-grupp qal ukoll li Joseph Grima ħalla warajh ħajja mimlija memorji u legat li se jibqa’ parti mill-istorja tiegħu.
Il-familja Grima ilha mill-bidu tas-snin tmenin tinvesti b’mod qawwi fil-Mellieħa.
Strieħ fis-sliem Joseph. Kondoljanzi lill-familjari qraba u ħbieb.