“Illum Għalaqt 51 Sena… Aspettattivi, Stennija U Għażliet Determinanti” – Errol Cutajar

Errol Cutajar

Il-kunsillier Errol Cutajar kiteb messaġġ f'għeluq sninu, fejn jagħti ħarsa lura lejn is-sena li għaddiet, fejn jesprimi kemm għandna napprezzaw il-ħajja.

Apparti minn hekk, hu jikteb diversi affarijiet u ħsibijiet li baqgħu miegħu sal-lum il-ġurnata. "Illum għalaqt 51 sena. Ftit ħsibijiet dwar l-aħħar sena tiegħi, mimlija aspettattivi, stennija u għażliet determinanti, iżda li ħallietni xi ftit diżappuntat, tikka deluż u li awtomatikament wasslitni għal iktar mistoqsijiet, milli tweġibiet."

Il-mistoqsijiet li jirreferi għalihom hu diffiċli li jinstabulhom tweġiba, u propju għalhekk għadhom mhux solvuti.

"Li hu żgur hu, illi iktar ma nikber aktar nirrealizza kemm il-ħajja hija qasira, kemm id-dinja tal-konfort ta' madwari naqra, naqra qed tispiċċa, u allura kemm hu mportanti illi ma nibqax niġri aktar wara kastelli fl-arja, u niffoka aktar fuq dak li għandi..."

Jieħu l-okkażjoni biex jirringrazzja lil kulħadd għax-xewqat sbieħ li bagħtulu. Awguri mill-qalb Errol!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI