Fuq il-midja soċjali Vanessa Gatt qasmet ritratt li tant seraq qlub. U bir-raġun! Għax tidher il-qalb twajba u ġeneruża tat-tfal li juru minn ċkunithom. Dan hekk kif bintha Maya, ħadmet biex toħloq ċpiepet għal Puttinu Cares.
"Maya matul dan is-sajf għamlet sajf għaddejja tagħmel iċ-ċpiepet biex b'hekk issa tkun tista' tkompli tiġbor flus għal Puttinu Cares. S'issa ġabret somma sabiħa ta' €250 u jonqosha sa għeluq sninha fi Frar għaddejja, ħalli dakinhar tmur tagħtihom dak li ġabret."
Vanessa żżid, "Maya trid tgħin lil Puttinu bħalma huma għenu lill-anġlu oħtha Emily, li tħobbha ħafna avolja qatt ma ratha. Dawn iċ-ċpiepet huma tat-tfal u ideali għal partybags."
Tassew ammirevoli! Prosit kbira Maya!
Facebook/ Vanessa Gatt