Illum tħabbret b’niket kbir il-mewt ta’ Godfrey Gatt, manager u kollega maħbub fi ħdan Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS).
Godfrey kien magħruf bħala persuna ta’ karattru kalm, ġentili u b’personalità li kienet tagħmel differenza mingħajr qatt ma kellu bżonn ifittex l-attenzjoni. Kien il-bniedem li bil-preżenza kwieta tiegħu, bil-kelma T-tajba u bid-dedikazzjoni tiegħu, kien jirbaħ ir-rispett u l-għożża ta’ dawk kollha li kellhom ix-xorti jaħdmu miegħu.
L-FSWS tgħid, li t-telfa tiegħu ħalliet vojt kbir fost il-kollegi u fost dawk kollha li f’xi mod jew ieħor mess ħajjithom. Memorji tiegħu se jibqgħu jgħixu fil-qlub ta’ ħafna.
Il-kondoljanzi jmorru lil martu Carmen, lill-familja tiegħu u lill-għeżież tiegħu f’dan il-mument tant diffiċli.
It-Tim ta' Gwida.mt jixtieq jagħti l-kondoljanzi sinċiera lill-familtu u lil dawk kollha li kellhom ix-xorti li jafuh. Jalla jistrieħ fis-sliem!
Facebook/FSWS