Il-Kantanta Celine Tkompli L-Vjaġġ Tagħha Ta’ Telf Ta’ Piż U Turi D-Determinazzjoni Tagħha

Kull bidla tibda b’deċiżjoni, iżda hija d-determinazzjoni li żżommna għaddejjin meta l-vjaġġ isir diffiċli. Dan huwa eżattament il-messaġġ li qed twassal il-kantanta Celine, hekk kif qasmet aġġornament ġdid dwar il-vjaġġ tagħha ta’ telf ta’ piż.

Permezz ta’ ritratt ta’ qabel u wara, Celine wriet id-differenza li rnexxielha tagħmel s’issa, filwaqt li għażlet il-Ġimgħa biex tfakkar lilha nnifisha u lil dawk li jsegwuha biex ma jaqtgħux qalbhom.

“Motivational Fridays” kitbet, hekk kif spjegat li l-vjaġġ tagħha għadu ’l bogħod milli jintemm. Fil-fatt, qalet li fadlilha madwar 60 kilo oħra biex tilħaq il-piż li għandha fil-mira. Minkejja dan, il-kliem tagħha juri li għaliha l-importanti mhux biss id-destinazzjoni, iżda kull pass li qed tagħmel biex tasal hemm.

Il-vjaġġ jista’ jkun twil u mimli sfidi, iżda Celine qed turi li l-bidla ma tiġix mil-lum għal għada. Tiġi bil-paċenzja, b’konsistenza u, fuq kollox, bid-determinazzjoni li tkompli anke fil-ġranet diffiċli.

Ritratti:

Facebook/Celine Żel

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI