L-Għaqda Mużikali Sant’ Elena A.D. 1919 ta' Birkirkara bagħtet messaġġ ta’ awguri lil Mro Jeremy Sultana, l-Assistent Surmast tal-Banda, li llum qed jiċċelebra għeluq sninu.
Fuq il-paġna uffiċjali fuq il-midja soċjali, l-għaqda kitbet: “Minn qalbna nawguraw l-isbaħ xewqat lill-Asst. Surmast tal-Banda tagħna, Mro Jeremy Sultana li llum qiegħed jiċċelebra għeluq sninu.”
Messaġġ sabiħ ta’ apprezzament lejn persuna li hija parti importanti mill-ħidma mużikali tal-għaqda.
Minn Gwida.mt, nawguraw lil Mro Jeremy Sultana għeluq sninu mill-isbaħ u aktar snin mimlija saħħa, ferħ u mużika!
Facebook/ Għaqda Mużikali Sant’ Elena