Illum Tiċċelebra Għeluq Sninha L-Kantanta Lokali Grecia Bezzina

Grecia Bezzina

Illum tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta lokali Grecia Bezzina, kantanta li tul is-snin rajnieha fl-Għanja tal-Poplu u fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza. Hi ħadet sehem ukoll f'numru ta' produzzjonijiet lokali fil-qasam teatrali. 

Hi tibqa' magħrufa l-aktar għall-fatt li waslet fit-tieni post fl-Għanja tal-Poplu tal-2012 bil-kanzunetta Tal-Komma Twila u fl-2017 bil-kanzunetta 13, Strada Stretta li interpretat ma' ħuha Dario Bezzina

Grecia rnexxielha wkoll tirbaħ l-OGAEVision Song Contest tal-2018 meta interpretat il-kanzunetta Everything li kisbet suċċess fil-Eurovision Song Contest permezz tal-kantanta Griega Anna Vissi fil-Eurovision Song Contest tal-2006.

F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Grecia l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollha jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha u sena mimlija saħħa, hena u paċi f'qalbha. Awguri Grecia!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI