Il-kantawtriċi u mużiċista Maltija Alexandra Alden laħqet tragward akkademiku u artistiku ieħor hekk kif iggradwat uffiċjalment b’Master of Music fil-kompożizzjoni u d-disinn tal-mużika (Composition/Music Design). Minkejja li rrikonoxxiet b'mod umli li dawn it-titli huma biss formalità u li l-ħakma sħiħa tas-sengħa mużikali hija proċess li jdum tul il-ħajja kollha, hija esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li ħadet dan il-pass 'il quddiem b'aktar għodda f'idejha biex toħloq l-arti tagħha bil-libertà kollha.
L-avvenimenti sbieħ għal Alexandra ma waqfux hemm. Fil-fatt, l-artista ħabbret li bħalissa qed tipproduċi l-album li jmiss tagħha b'mod indipendenti, wara li ngħatat għotja speċjali ta' żvilupp (Development Grant) biex tirriċerka u taħdem fuq l-arranġamenti tal-kanzunetti l-ġodda tagħha.
Iżda qabel ma jasal dan l-album tant mistenni, Alexandra tinsab lesta biex tixgħel il-palkijiet internazzjonali hekk kif se tkun qed iddur f'sensiela ta' kunċerti ma' wħud mill-akbar bliet fl-Ewropa. B'sens qawwi ta' dedikazzjoni u viżjoni ċara, l-artista tkompli tpoġġi l-isem ta' Malta fuq il-mappa kulturali b'mużika li tqanqal u tispira.
Awguri Alexandra!
Facebook/Alexandra Alden