“Bħal-Lum Ġimgħa Jibda L-Programm Li Żgur Se Jidħol F’Qalb Kulħadd” – Ivan Gaffiero

Gaffiero Ivan

Riċentament Ivan Gaffiero ħabbar il-bidu tal-programm il-ġdid Esperjenzi u Sorpriżi li se jixxandar fuq Xejk TV mill-4 ta’ Ottubru.

Il-programm huwa maħsub biex joffri taħlita ta’ kontenut li tista’ tolqot lil udjenza wiesgħa, fosthom stejjer u esperjenzi veri, kantanti, mudelli u personalitajiet interessanti.

L-għan jidher li hu li kull telespettatur isib xi ħaġa li tista’ tinteressah u żżommu jsegwi l-programm.

F’messaġġ qasir li kiteb dwar il-bidu tal-programm, Ivan kiteb: “Bħal-lum ġimgħa jibda l-programm li żgur se jidħol f’qalb kulħadd.”

Nawgurawlek Ivan!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI