Illum huwa jum indimentikabbli u speċjali għal Katya De Giovanni u żewġha Kenneth, hekk kif seba' snin ilu huma taw kelma lil xulxin għall-ħajja miżżewġa.
"Illum nagħlqu 7 snin miżżewġin. Grazzi għażiż Kenneth tal-paċenzja u l-imħabba li dejjem turini," kitbet Katya. Qasmet anke ritratt tagħhom flimkien għall-okkażjoni.
Awguri mill-qalb u nixtiqulkom ħafna aktar snin ta' saħħa, hena, suċċessi u kulma tixtieq qalbkom!