Illum tagħlaq sninha l-kantanta u preżentatrii lokali Maxine Pace. Maxine, rebbieħa tar-raba' edizzjoni ta' Mużika Mużika permezz tal-kanzunetta tagħha Mhux Tal-Aħħar.
Kif ħafna jafu lil Maxine rajnieha tipparteċipa kemm-il darba fil-Malta Eurovision fosthom fl-2016, fl-2017 u fl-2023. Kellha l-opportunità li tippreżenta t-tieni u t-tielet edizzjoni ta' The Voice Kids Malta.
F'għeluq sninha fost dawk li awgurawlha kienu sħabha ta' The Voice Kids Malta, fejn kitbulha, "Awguri f’għeluq sninha lill-preżentatriċi mill-aqwa tagħna, Maxine Pace. Nawgurawlek l-isbaħ jum; ħaqqek kollox."
Awguri minn qalbna f'isem Gwida.mt, Maxine!
Facebook/ Maxine