Temp Imsaħħab, Xita Iżolata, Xita Lokalizzata U Ċans Ta’ Maltempati Bir-Ragħad Matul Din Il-Ġimgħa

temp

Skont l-aħħar tbassir ippubblikat minn It-Temp Madwarna, il-gżejjer Maltin mistennija jesperjenzaw ġimgħa b’kundizzjonijiet ġeneralment stabbli, iżda b’temperaturi li jibqgħu ftit inqas mill-medja għal dan iż-żmien tas-sena.

It-Temp Madwarna spjega li antiċiklun mifrux mir-Russja qed ikompli jġib kurrenti ta’ arja aktar friski minn fuq il-Balkani. Dan qed iwassal biex it-temperaturi jinżlu ftit, filwaqt li xorta jibqa’ possibbli li jseħħu xi perjodi ta’ instabbiltà, partikolarment lejn tmiem il-ġimgħa.

It-tbassir għall-jiem li ġejjin

It-Tnejn 28 ta’ Settembru: jissaħħab kultant, b’possibbiltà ta’ xita iżolata.

It-Tlieta 29 ta’ Settembru: ftit imsaħħab.

L-Erbgħa 30 ta’ Settembru: jissaħħab b’possibbiltà ta’ xita lokalizzata.

Il-Ħamis 1 ta’ Ottubru: ġeneralment xemxi.

Il-Ġimgħa 2 ta’ Ottubru: mistenni jkun ġeneralment bnazzi.

Is-Sibt 3 ta’ Ottubru: jistgħu jiffurmaw xi ħalbiet iżolati.

Il-Ħadd 4 ta’ Ottubru: il-kundizzjonijiet jistgħu jsiru aktar instabbli, b’perjodi msaħħbin u ċans ta’ xita jew maltempati bir-ragħad.

Ir-riħ u t-temperaturi

Ir-riħ se jkun ġeneralment ħafif, b’direzzjoni li tinbidel matul il-ġimgħa. Għall-Ħadd huwa mistenni jissaħħaħ xi ftit, b’forza ta’ madwar F4 mix-Xlokk.

It-temperaturi massimi mistennija jonqsu gradwalment għal medja ta’ bejn 26°C u 27°C, filwaqt li t-temperaturi minimi jkunu madwar 19°C sa 21°C.

Anke t-temperatura tal-baħar mistennija tinżel xi ftit, iżda tibqa’ relattivament sħuna, madwar 28°C.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI