Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti kiteb fuq il-mezzi soċjali tiegħu, “Illum kien jum storiku għaż-żgħażagħ Għawdxin: inawgurajna spazju ġdid għall-Aġenzija Żgħażagħ f’Għajnsielem. Dan mhux biss bini ġdid, imma ċentru fejn il-vuċi taż-żgħażagħ tista’ tinstema’ u tagħmel differenza reali.”
Hu jkompli, “Nappella lil kull żagħżugħ u żagħżugħa Għawdxija biex jagħmlu dan l-ispazju tagħhom. Ħollu l-ħsibijiet tagħkom, oħolmu u oħolqu proġetti ġodda, u ħaddnu l-enerġija u l-kreattività tagħkom. Flimkien, noħolqu futur aktar b’saħħtu, aktar ġust u aktar inklussiv għal ġid tal-Maltin u Għawdxin.”
Sabiħ li ż-żgħażagħ ikollhom opportunitajiet bħal dawn, sabiħ li jkollhom spazju fejn jistgħu jimirħu u jagħmlu differenza fil-pajjiż! Huma fl-aħħar mill-aħħar huma l-preżent u l-futur tal-pajjiż!