Il-bidu ta’ sena skolastika li kellu jkun mimli tbissim, kant u tfal jiġru lejn sħabhom, din id-darba kien differenti għal Thi Lakin School, li wara 58 sena ma fetħitx il-bibien tagħha għall-istudenti.
Fost dawk li kienu jattendu f'din l-iskola meta kienu żgħar, hemm il-membru parlamentari Dr. Francesca Zarb. Hi kienet tattendi l-iskola fil-primarja. Qasmet ritratt li jfakkar l-ewwel ġurnata tagħha fil-Primarja.
"Għalqet l-iskola primarja tiegħi… Thi Lakin f'Ħ'Attard. Kemm memorji sbieħ. Ommi u missieri ta' spiss ifakkruni li dakinhar li ttieħed dan ir-ritratt, minkejja li ridt immur bil-ktieb taħt idi u l-bagalja għall-Kinder, fil-verita` l-edukazzjoni tiegħi ġiet pass pass… bħal ħafna affarijiet oħra fil-ħajja."
Dr. Francesca tkompli, "Grazzi lill-edukaturi tiegħi kollha kemm huma u lill-ommi u missieri li kienu hemm f'kull waqt." Bosta kkummentawlha għal dan ir-ritratt ħelu.