“€23,453 Miġbura Mill-Attività ‘Flimkien Fil-Pjazza Għal Puttinu’!” – Somma Mill-Isbaħ Li Ħa Tgħin Tant Pazjenti

Somma ta’ €23,453 inġabret waqt l-attività 'Flimkien fil-Pjazza għal Puttinu', li saret b’għan li tkompli tappoġġja l-ħidma ta’ Puttinu Cares.

L-organizzazzjoni esprimiet il-gratitudni tagħha lil Dr Malcolm Agius Galea u martu Dr Juanita, kif ukoll lill-voluntiera kollha li, għar-raba’ sena konsekuttiva, taw il-ħin u l-enerġija tagħhom biex din l-attività tkun suċċess.

Puttinu Cares faħħret l-impenn u d-dedikazzjoni ta’ dawk kollha involuti, li permezz tat-talenti u l-ħidma tagħhom ikkontribwew biex tinġabar din is-somma sabiħa.

Il-ħajr intbagħat ukoll lill-għaqdiet ta’ Ħaż-Żebbuġ għall-għajnuna tagħhom, kif ukoll lill-ITS li ħa ħsieb it-tisjir kollu waqt l-attività.

Puttinu Cares irringrazzjat lil kull min ta l-kontribut tiegħu u faħħret il-ġenerożità ta’ dawk kollha li ħadu sehem.

Din id-donazzjoni hija eżempju ieħor tal-appoġġ li l-organizzazzjoni tibbenefika minnu mill-komunità, b’ħafna persuni jingħaqdu flimkien biex jagħtu s-sehem tagħhom.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI