F'post tal-paġna Is-Servizz Pubbliku l-kantant lokali Ryan Hili jispjega kemm l-irwol tal-għalliem imur ferm lil hinn mit-tagħlim tas-suġġett fil-klassi biss.
L-għalliema għandhom jagħtu għajnuna, sapport u kuraġġ lill-istudenti, filwaqt li jgħinuhom jikbru mhux biss akkademikament, iżda wkoll fil-ħajja personali tagħhom.
Jenfasizza wkoll l-importanza tal-attivitajiet ekstrakurrikulari fl-iskejjel, li jagħtu lill-istudenti l-opportunità jiskopru talenti u interessi ġodda, isaħħu l-kunfidenza fihom infushom.
"Waħda mill-isbaħ affarijiet fix-xogħol ta’ għalliem hija li tara lill-istudenti jikbru, jitgħallmu u jemmnu aktar fihom infushom. Huwa ta’ sodisfazzjon kbir meta tara student jegħleb xi diffikultà, jiskopri talent ġdid jew jagħmel xi ħaġa li qabel forsi kien jaħseb li ma setax jagħmilha."
Kliem mill-isbaħ li kapaċi jagħti kuraġġ u tama lil min għandu bżonnu!
Facebook/ Ryan Hili