Illum huwa jum mimli emozzjoni għal Luke Dalli, hekk kif ibnu Ben beda l-ewwel jum tiegħu bħala Salesjan.
F’messaġġ li qasam fuq il-paġna tiegħu, Luke fakkar li għaddew 33 sena minn meta hu stess kien attenda l-ewwel jum tiegħu f’De La Salle College. “Day 1 as a Lasallian for Ben. 33 years after my first day at De La Salle College. Goodluck my love,” kiteb Luke. Flimkien ma’ dan il-messaġġ ġew mehmuża żewġ ritratti. Fl-ewwel ritratt jidher ibnu liebes l-uniformi ta' De La Salle qabel l-iskola filwaqt li t-tieni wieħed huwa tiegħu stess meta kien tampar ibnu, bl-uniformi antika ta' dak iż-żmien.
Żgur li bħala ġenitur huwa mument sabiħ ħafna li tara lil uliedek jibdew l-istess vjaġġ skolastiku li tkun bdejt int stess snin qabel. Nawguraw lil Ben sena skolastika mill-isbaħ u ħafna suċċess f’dan il-kapitlu ġdid!
Facebook/ Luke Dalli