Fuq il-paġna uffiċjali The Malta Records ġiet ippubblikata post dwar Coen Tantin, li ta' 3 snin kiser rekord nazzjonali.
"Rekord li għal darb'oħra ġie miksub minn tifel ċkejken ċkejken. L-iżgħar tifel li kapaċi jlesti puzzle ta' 30 biċċa fl-iqsar ħin. Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Coen Tanti li fl-età ta' 3 snin u xahrejn solva puzzle ta' 33.5 bi 23.5 ċentimetri f'ħin ta' 7 minuti u 12-il sekonda (7:12)."
Il-ġenituri qalu lil The Malta Recordsdwar kemm hi għal qalbu din il-puzzle u ġieli rnexxielu jgħaqqadha rasha 'l isfel.
Prosit Coen!