“Ma Nistax Nemmen Li Għaddew 18-il Sena” – Kevin Borg B’Memorja Prezzjuża Fil-Karriera Tiegħu

Kevin Borg

Il-kantant lokali Kevin Borg kiteb dwar memorja li tmur lura fl-2008 meta kiseb suċċess kbir ġewwa l-Iżvezja bir-rebħa tiegħu waqt l-Iswedish Pop Idol. Dakinhar spikka bil-kanzunetta With Every Bit of Me.

"Ma nistax nemmen li għaddew 18-il sena minn meta rbaħt l-Swedish Idol. Grazzi lill-partitarji mill-aqwa tiegħi kollha għal dan il-vjaġġ mużikali mill-isbaħ. Issa qed nippjanaw it-tour li jmiss tiegħi."

Dakinhar il-Maltin u l-Għawdxin kienu tant kburin bih u bis-suċċess li kiseb barra minn xtutna. X'memorji sbieħ!

Illum il-ġurnata Kevin jinsab lest għal alktar esperjenzi li fihom jaqsam il-mużika tiegħu.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI