“Għadni Qed Nipprova Nifhem Kif Irnexxielkom Iżżommu Kollox Sigriet!” – Desirei Grech B’Sorpriża Ħelwa

Desirei Grech

Ftit tal-jiem ilu s-sindku Desirei Grech iċċelebrat għeluq sninha, u anke qasmet messaġġ għall-okkażjoni. Jidher li dawk viċin tagħha organizzawlha sorpriża għall-okkażjoni.

"Għadni qed nipprova nifhem kif irnexxielkom iżżommu kollox sigriet! Kemm hu sabiħ li tkun imdawra b’nies li tħobb u li jagħmlulek mumenti bħal dawn memorji mill-isbaħ."

Qasmet diversi ritratti li juru l-mumenti sbieħ waqt din iċ-ċelebrazzjoni. Desirei esprimiet gratitudni u apprezzament lejn kull min kien hemm f'dan il-mument sabiħ!

Awguri mill-qalb Desirei!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI