Madwar ġimgħa u nofs ilu, Lennon li jbati minn kundizzjoni rari li taffetwalu l-ħajja tiegħu ta' kuljum, kellu jiddaħħal l-isptar b'emerġenza wara li beda jesperjenza deni persistenti. Proprju lbieraħ Lennon ħareġ mill-isptar u issa beda proċess ta' fejqan li mistenni jieħu madwar sitt ġimgħat.
Il-ġenituri ta' Lennon ilhom dawn l-aħħar jiem itellgħu aġġornamenti fuq il-midja soċjali dwar il-qagħda ta' saħħet binhom, fejn progressivament hu jidher li beda sejjer għall-aħjar.
Fis-sigħat riċenti, il-ġenituri tellgħu wkoll messaġġ fejn fih irringrazzjaw lill-mijiet ta' persuni li matul dawn l-aħħar jiem batu jixtiequ lil binhom fejqan ta' malajr, kif ukoll lit-tobba u l-infermiera kollha li ħadu ħsieb lil binhom.
Nawguraw fejqan ta' malajr lil Lennon!
Facebook / Lennon John – Fighting Zellweger Spectrum Disorder