“Hemm Ħbiberiji Li Jgħaddu Maż-Żmien, U Hemm Oħrajn Li Jsiru Parti Minn Ħajtek” – Il-Ministru Anton Refalo

Il-Ministru Anton Refalo awgura lill-ħabib tal-qalb tiegħu f’jum għeluq sninu.

Hu kitiblu, “Il-Bużaqq. Wieħed mill-ikbar ħbieb li tatni l-ħajja. Ħabib li ma kellix bżonn nispjegalu ħafna, għax ħafna drabi kien jifhimni mingħajr kliem. Bniedem leali, puntwali, sieket, ġentlom u xufier mill-aqwa. Imma fuq kollox, bniedem ta’ qalb kbira. U dak li l-aktar ngħożż fik, Bużaqq, hu li dejjem sibtek hemm. F’mumenti sbieħ, imma aktar u aktar f’dawk il-mumenti diffiċli fejn tkun taf min huma tassew il-ħbieb tiegħek.”

Żied jgħid, “Hemm ħbiberiji li jgħaddu maż-żmien, u hemm oħrajn li jsiru parti minn ħajtek. Il-ħbiberija tagħna hi waħda minn dawn. U naf li, tkun fejn tkun il-ħajja, din il-ħbiberija se nibqa’ nġorrha miegħi tul ħajti kollha. Bużaqq, illum ma rridx ngħidlek ħafna kliem. Irrid biss ngħidlek GRAZZI, talli kont hemm, talli bqajt dejjem l-istess, u fuq kollox, talli kont u għadek ħabib veru. Nawguralek minn qalbi ħafna saħħa, hena u għomor twil. J’Alla jkollna ħafna u ħafna aktar snin u memorji x’naqsmu flimkien. Grazzi tal-ħbiberija tiegħek.”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu l-isbaħ xewqat!

Ritratt:

Facebook / Anton Refalo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI