Jirtira L-Għalliem Tant Maħbub Alfred Grech Wara 30 Sena Ta’ Ħidma

L-għalliem Alfred Grech, tant u tant maħbub mill-istudenti Għawdxin, irtira wara tletin sena ta’ ħidma.

Hu qal kelmtejn li ġew ippubblikati permezz ta’ filmat fuq il-paġna ta’ M.A. Refalo Sixth Form, “Tletin sena ilu ġejt hawn f’Ottubru tas-96. Tista’ tgħid, u nirringrazzja lill-Mulej u lill-Madonna, li kienu tletin sena veru sbieħ. Kien kapitlu sabiħ ħafna fil-ħajja tiegħi.”

Hu rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-iskola li b’xi mod jew ieħor kollha kienu hemm għalih meta kellu bżonn u offrewlu ħafna appoġġ. Malli temm kliemu, irċieva ċapċipa kbira mill-istudenti kollha, biex juru l-apprezzament kbir tagħhom lejh.

F'messaġġ ieħor li tellgħet il-paġna tal-iskola nkiteb, "Hemm nies li jħallu marka fuq skola li tmur ferm lil' hinn mil-lezzjonijiet, il-klassijiet, u l-kotba."

Ritratt:

Facebook / Sir M.A. Refalo Sixth Form

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI