“Ma Kontx Qed Nistenna Li Dawk Il-Ftit Minuti Kienu Se Jqanqluli Daqshekk Emozzjonijiet” – Dr. Nicholas Briffa

Dr. Nicholas Briffa ġedded memorji ta’ tfulitu l-mużew u qasam xi ftit ħsibijiet fuq il-paġna tiegħu.

Kiteb, “Hemm postijiet li, tkun ilek kemm tkun ilek ma tidħol fihom, malli terġa' tirfes l-għatba ta' ġewwa jġibulek quddiem għajnejk żmien sabiħ li qatt ma jista' jerġa' jiġi lura. Hekk ġrali llejla! Mort niġbor lil Ġwann mill-Mużew u, għall-ewwel darba wara ħafna żmien, kelli ċ-ċans nidħol ġewwa. Ma kontx qed nistenna li dawk il-ftit minuti kienu se jqanqluli daqshekk emozzjonijiet. F'daqqa waħda ħassejtni erġajt sirt dak it-tifel u dak l-adolexxent li kien iqatta' tant ħin hemmhekk, mal-ħbieb u mas-soċi li kienu jieħdu ħsiebna.”

Żied jgħid, “Fir-ritratt ħdejja hemm Ġużi Żammit, wieħed mis-soċi tal-Mużew. Kien tassew sabiħ li erġajt iltqajt miegħu u li stajna nfakkru ftit dawk iż-żminijiet fosthom meta waqt is-solita passiġġata ta' kull nhar ta' Ħadd, kont qsamt rasi aħna u telgħin mal-ġenb tal-Wied tal-Isperanza. Kien ħadni minnufih l-isptar u ħa ħsiebi. Raġel tal-affari tiegħu u mill-aktar ġentili!"

Qal ukoll, “Grazzi mill-qalb lis-soċi kollha tal-Mużew, kemm dawk tal-passat kif ukoll dawk tal-lum. Grazzi tal-paċenzja, tad-dedikazzjoni u tal-ħin kollu li tajtuna. Forsi meta konna żgħar ma konniex nifhmu kemm kontu tagħmlu magħna u għalina, imma llum, li sirna ġenituri aħna wkoll, napprezzawh ferm aktar. U x'sodisfazzjon tara lil uliedna jgawdu minn dak li tant gawdejna minnu aħna! Is-snin jgħaddu, imma t-tajjeb li dawn in-nies għamlu magħna jibqa' magħna għal dejjem.”

Ritratt:

Facebook / Nicholas Briffa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI