Is-surmast Lelio Spiteri, li hu persuna tant maħbuba u ammirata, kemm-il darba jaqsam mumenti differenti minn ġewwa l-iskola. Din id-darba tana idea tal-ħin li jqatta' qrib il-klassijiet.
"Nipprova nitbiegħed mill-uffiċċju u nsib ħin biex inżur il-klassijiet. Illum iddedikajt ftit ħin biex ngħaddi sal-klassijiet tal-Kinder. Tfal ċkejknin u gustużi."
B'ton simpatiku Lelio jkompli, "L-għalliema ħelwin ukoll tafux! Kemm iddubbajt affarijiet, ikel, xorb u ... anke kuker! Kieku tafu kemm tkellemna u ddiskutejna. Bravi tassew!"
Prosit Lelio!
Facebook/ Lelio Spiteri