“Triq Bur Il-Kbir, Siġġiewi Fl-Aħħar Fażi Tax-Xogħlijiet” – Infrastructure Malta

Infrastructure Malta ħabbru li dalwaqt se jitlesta proġett fis-Siġġiewi bil-għan li jnaqqas it-traffiku.

Spjegaw “Triq Bur il-Kbir, Siġġiewi fl-aħħar fażi tax-xogħlijiet.  Infrastructure Malta tinsab fl-aħħar fażi tax-xogħlijiet ta’ twessigħ fi Triq Bur il-Kbir, is-Siġġiewi. Dan il-proġett se jwassal biex, fil-jiem li ġejjin, din it-triq tkun tista’ taqdi aħjar il-fluss tat-traffiku b’żewġ karreġġjati.”

Żiedu jgħidu, “Ix-xogħlijiet jinkludu: It-tħawwil ta’ 75 siġra ġdida f’żoni differenti. Twessigħ ta’ madwar 850m² ta’ żoni tat-triq. Bini ta’ madwar 620 metru ta’ ħitan tas-sejjieħ ġodda fiż-żoni mwessgħa. Rikostruzzjoni ta’ madwar 450 metru ta’ ħitan tas-sejjieħ oħra. Asfaltar ta’ madwar 7,200m² tul rotta ta’ madwar 1.2km. Dan l-investiment se jtejjeb il-konnettività u l-fluss tat-traffiku, filwaqt li jħares ukoll il-karatteristiċi tradizzjonali tal-inħawi.”

Ritratt:

Facebook / Infrastructure Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI