Joseph mill-grupp Kapitlu Tlettax tkellem dwar suġġett li jfisser ħafna għalih u jġiegħlu jħoss sens ta’ dispjaċir meta jisma’ x’qed jiġri llum il-ġurnata.
Hu kiteb fuq il-paġna tiegħu, “Smajt lil xi ħadd li jaħdem fil-mużika jgħid li m’għadhomx ifittxu talent. Iridu nies li jidhru ċertu mod u għandhom rieda li jikkooperaw. Jien ħsibt li din hi ferm interessanti għaliex nemmen li biex tkun artist ma tridx tkun lest li tikkoopera! Mhux għal raġunijiet ħżiena imma biex tipproteġi l-viżjoni tiegħek. Dak li jridu l-korporazzjonijiet, speċjalment bħalissa, m’għandu xejn x’jaqsam mal-arti jew il-mużika.”
Kelmtejn li jġiegħluk taħseb dwar il-vera tifsira ta’ artist. Inħeġġu lill-artisti kolllha biex qatt ma jieqfu jemmnu fihom infushom u fl-arti tagħhom. L-awtentiċita` tfisser ħafna!
Facebook / Kapitlu Joseph