Illum, 16 ta’ Ottubru, jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Ħobż, u għal din l-okkażjoni Maypole qasmet messaġġ mill-isbaħ dwar l-importanza tal-ħobż fil-ħajja ta’ kuljum u t-tradizzjoni Maltija. Permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali, Maypole fakkret kif il-ħobż huwa ferm aktar minn sempliċi ikel. Huwa parti mill-identità tagħna, mit-tifkiriet tat-tfulija u mill-mumenti sbieħ li naqsmu mal-familja madwar il-mejda.
Il-qoxra tqarmeċ u dehbija, il-pjaċir li taqta’ biċċa ħobż frisk u l-ferħ li tħoss meta taqsam ħobża ma’ dawk ta’ madwarek huma fost dawk il-mumenti sempliċi li jagħmlu l-ħobż parti speċjali mill-ħajja ta’ kuljum tal-Maltin. Maypole ħadet din l-okkażjoni biex tiċċelebra wkoll il-passjoni tal-furnara tagħha u l-imħabba lejn il-ħobż Malti, tradizzjoni li għadha ħajja u apprezzata minn ġenerazzjoni għall-oħra.
Fil-messaġġ tagħha, il-kumpanija rringrazzjat lil dawk kollha li jagħżlu l-prodotti tagħha u li jagħmlu lil Maypole parti mill-mumenti ta’ kuljum tagħhom u naturalment, ma setax jonqos li Maypole tagħlaq il-messaġġ tagħha b’mistoqsija li żgur tqajjem diskussjoni fost il-Maltin: kif tippreferu tieklu l-ħobż tagħkom? Bil-butir, bħala ħobż biż-żejt, jew sempliċiment waħdu?
Ħaġa waħda hija ċerta, il-ħobż Malti jibqa’ wieħed mill-aktar ikel maħbub u marbut mal-kultura tagħna!
Facebook / Maypole