“Shazia Jistħoqqilha L-Isbaħ Ħajja Possibbli” – Omm Shazia Tibqa’ Tittama Li Bintha Titjieb

L-imħabba ta’ omm turi l-aktar meta tibqa' tittama anke fl-aktar mumenti diffiċli. Dan jidher mill-kliem mimli emozzjoni ta’ omm Shazia, li tibqa’ tagħmel dak kollu li tista’ biex bintha jkollha kwalità ta’ ħajja aħjar.

F’aġġornament li qasmet, l-omm spjegat li rċeviet telefonata mill-isptar fejn ġiet infurmata li d-doża tas-serine ta’ Shazia żdiedet minn żewġ scoops għal tlieta u nofs, kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija. Dan wara li t-testijiet urew li l-livell tas-serine għadu baxx. Issa, il-familja qed tittama li din il-bidla tgħin lil Shazia u li t-testijiet li jmiss, skedati għal Marzu, jagħtu riżultati aħjar.

Għal ommha, iżda, din il-ġlieda mhijiex biss dwar testijiet u dożi. Hija ġlieda ta’ kuljum mimlija sfidi, speċjalment meta jkun hemm mumenti diffiċli u ma tkunx taf x’tista’ tagħmel biex tgħin lil bintha.

Minkejja kollox, l-omm ma tieqafx tittama. Ix-xewqa tagħha tibqa’ waħda: li tara lil Shazia titjieb u tgħix l-aħjar ħajja possibbli u fost l-inċertezza u d-diffikultajiet, il-messaġġ tagħha lil bintha jibqa’ l-isbaħ xhieda ta’ mħabba bla kundizzjonijiet: “Mommy qatt mhu se taqta’ qalbha minnek, qalbi.”

Ritratt:

Facebook/Shazia My Story

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI