Carlos Borg, magħruf bħala wieħed mill-imħuħ wara Carisma u Rossica, jinsab għaddej minn wieħed mill-isbaħ kapitli ta’ ħajtu, hekk kif beda uffiċjalment jgħodd il-ġranet għat-tieġ tiegħu. Permezz ta’ messaġġ qasir iżda mimli emozzjoni fuq il-midja soċjali, Carlos ħabbar li fadal eżattament sena għall-ġurnata tant mistennija.
"Uffiċjalment dħalna fil-perjodu tat-tieġ tagħna. Fadal 365 jum!" kiteb Carlos, filwaqt li qasam l-eċitament tiegħu għal dan il-pass importanti f’ħajtu. Carlos, li huwa wiċċ familjari fix-xena mużikali lokali grazzi għall-ħidma tiegħu ma’ Carisma u Rossica, issa qed iħejji ruħu għal avventura ġdida fil-ħajja personali tiegħu.
Bla dubju, sena mimlija tħejjijiet, emozzjonijiet u mumenti speċjali tinsab quddiemu hekk kif joqrob il-jum li fih se jingħaqad fiż-żwieġ mal-persuna li jħobb. Minn qalbna nawguraw lil Carlos u lis-sieħeb tiegħu kull ferħ u mħabba f’dan il-vjaġġ sabiħ li għandhom quddiemhom!
Facebook / Carlos Borg