Eliza Borg, ir-rebbieħa tat-tieni staġun ta' The Voice Kids Malta u l-ambaxxattriċi għal Malta fil-Junior Eurovision 2025, kitbet messaġġ għal Beppe Caruana, wara li kellha ċ-ċans tiltaqa' miegħu qabel jirrappreżentana nhar is-Sibt li ġej.
"Għodwa impenjattiva iżda sabiħa fuq Bonġu Malta! Kemm kien sabiħ li nerġa' niltaqa' u nitkellem ma' nies li naf, fosthom kantanti minn edizzjonijiet preċedenti tal-Junior Eurovision Song Contest, u li nerġa' niltaqa' mal-għażiż Beppe Caruana!"
Eliza qasmet ritratt flimkien ma' Beppe flimkien mal-messaġġ t'awgurju. "Nawguralu kull suċċess għall-finali ta' nhar is-Sibt li ġej. Ninsab ħerqana għall-ġimgħa li ġejja!"
Kemm hu sabiħ tara dan l-appoġġ bejn l-artisti!
Facebook/ Eliza Borg