“Grata Għal Dak Kollu Li Għamilna Flimkien!” – L-MP Bernice Bonello Tiċċelebra Tliet Snin Ta’ Mħabba Ma’ David Borg

Il-Membru Parlamentari Bernice Bonello u l-għarus tagħha David Borg, ilbieraħ iċċelebraw it-tielet anniversarju tar-relazzjoni tagħhom, okkażjoni speċjali li Bernice għażlet li tfakkar permezz ta’ messaġġ mimli mħabba fuq il-midja soċjali. "3 snin flimkien. Grata għal dak kollu li għamilna flimkien u ħerqana għal dak kollu li għad irid iġibilna l-futur," kitbet Bernice, filwaqt li esprimiet l-apprezzament tagħha għall-mumenti li qasmu flimkien matul dawn l-aħħar tliet snin.

Permezz ta’ dan il-messaġġ sempliċi iżda sinifikanti, Bernice mhux biss ħarset lura lejn il-vjaġġ tagħhom bħala koppja, iżda esprimiet ukoll l-entużjażmu tagħha għal dak kollu li għad irid iġibilhom il-futur. Tliet snin ta’ mħabba, esperjenzi u memorji li bla dubju għandhom post speċjali f’qalbhom, hekk kif issa jħarsu ’l quddiem lejn kapitli ġodda flimkien.

Minn qalbna nawguraw lil Bernice u lil David aktar snin ta’ mħabba, ferħ u mumenti sbieħ flimkien!

Ritratt:

Facebook / David Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI