“Grazzi Ta’ Kollox, Ta’ Kull Sapport U Mħabba Li Turi Miegħi U Ma’ Ta’ Madwari U Tal-Memorji Mill-Isbaħ” – Malcolm Pisani

Il-kantant lokali Malcolm Pisani awgura lill-maħbuba tiegħu f’jum għeluq sninha.

Hu kitbilha fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, “Għażiża tiegħi bil-fatti taf kemm inħobbok u nixtieqlek dak kollu li tixtieq qalbek. J’Alla jkollok sena oħra mimlija saħħa u kuntentizza. Il-ferħ tiegħek huwa tiegħi. Grazzi ta’ kollox, ta’ kull sapport u mħabba li turi miegħi u ma’ ta’ madwari u tal-memorji mill-isbaħ li għandna flimkien. Grat ħafna bik f’ħajti, inħobbok.”

Flimkien ma’ dan il-messaġġ ippubblika diversi ritratti sbieħ tagħhom flimkien bi tbissima ġenwina fuq fommhom. Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti mingħand persuni jawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt  nixtiequlha ġurnata mill-isbaħ mal-għeżież tagħha!

Ritratt:

Facebook / Malcolm Pisani

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI