“Il-Parroċċa Llum Tfakkar Il-21 Anniversarju Mill-Mewt Ta’ Dun Gejt Cassar” – Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi

Il-Parroċċa San Sebastjan f’Ħal Qormi sellmet il-memorja ta’ Dun Gejt Cassar, li ħalliena 21 sena ilu.

Fuq il-paġna tagħhom kitbulu, “Il-Parroċċa llum tfakkar il-21 anniversarju mill-mewt ta' Dun Gejt Cassar, l-ewwel saċerdot ordnat fil-Parroċċa tagħna. Filwaqt li nroddu ħajr lil Alla għad-don tal-ħajja ta’ Dun Gejt, inkomplu nitolbu għal ruħu u għall-erwieħ tas-saċerdoti kollha tagħna li servew u qdew il-ministeru tagħhom fi ħdan il-Knisja b’ħafna disponibbiltà.”

Temmew kliemhom b’talba, “Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fil-paċi. Ammen.”

Fil-kummenti diversi persuni fakkru kemm kien raġel maħbub u li kellu jħallina wisq kmieni.

Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier. Il-memorja tiegħu ma tintesa qatt.

Ritratt:

Facebook / Parroċċa San Sebastjan – St Sebastian Parish – Qormi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI