Clifford Galea kiteb dwar l-esperjenzi tiegħu l-Vatikan. Hu kellu opportunità ferm speċjali li jdur is-swali nterni.
Fuq il-paġna tiegħu kiteb, “Grazzi mill-qalb lill-Monsinjur John Muscat u Mons. Joseph Grech għall-opportunità li nżur is-Swali Interni tal-Vatikan. Kien ta’ unur ukoll niltaqa’ ma’ Maria Victoria Salud Esquivel, eks uffiċjal tan-Nazzjonijiet Uniti, u oħtha Angela Salud Esquivel, eks uffiċjal tal-investiment fil-Ford Foundation, u nzertat li persuna minnhom ħadmet ukoll fit-traġit tan-Namibja għall-Indipendenza lura fl-1990; it-tnejn minn New York u patruni tal-arti tal-Vatikan.”
Żied jgħid, “Esperjenza sabiħa ta’ kultura, arti u laqgħat li jħallu l-marka tagħhom f’qalbi. Fejn hemm l-arti hemm il-ġmiel.”
Flimkien ma’ dan il-messaġġ, ippubblika ritratti l-ġmiel tagħhom li jagħtuna ħjiel tal-meravilji li jinsabu f’dawn is-swali.
Facebook / Clifford Galea