“Ħames Snin Mingħajrek, Għażiż Ħija Croce” – Karl Bonaci B’Messaġġ Emozzjonali

Il-preżentatur lokali tant maħbub, Karl Bonaci, kiteb messaġġ iddedikat lill-għażiż ħuh li llum jagħlaq ħames snin minn mindu ħalla din id-dinja.

Hu kitiblu, “Ħames snin mingħajrek, għażiż ħija Croce. Illum jagħlqu ħames snin minn meta ħallejtna, imma għalija qisu lbieraħ. Ħames snin li ma smajtlekx leħnek, ma rajtx it-tbissima tiegħek u ma stajtx nagħtik tgħanniqa oħra. Iż-żmien jgħaddi, imma n-nuqqas tiegħek ma jonqos qatt. Hemm ġranet fejn nixtieq tant li nerġa’ narak, inkellmek u nidħaq miegħek, imqar għal mument wieħed biss.”

Żied jgħidlu, “Kemm nixtieq li kieku għadek hawn magħna, ħija. Kemm għandi affarijiet x’ngħidlek u kemm fadalli memorji sbieħ tiegħek f’qalbi. Il-mewt ħaditlek ħajtek, imma qatt mhi se teħodlok postok f’qalbi. Int kont, għadek u tibqa’ dejjem ħija, parti minni li qatt ma tista’ tintilef. Sakemm nerġgħu niltaqgħu, strieħ fis-sliem, għażiż ħija. Ħarisna minn hemm fuq u kun af li hawn isfel għad hawn min iħobbok u jimmissjak kuljum. Ħames snin mingħajrek, imma għal dejjem f’qalbi. Inħobbok u nimmissjak.”

Messaġġ li jikxef l-imħabba profonda bejn l-aħwa, li ma tintemm qatt. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi.

Ritratt:

Facebook / Karl Bonaci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI