Permezz ta’ kitba fuq il-pa[na tiegħu, s-Surmast Lelio Spiteri fakkar il-memorja ta’ San Ġwanni Pawlu II li proprju llum tiġi ċċelebrata l-festa tiegħu.
Hu qal, “Illum hija l-festa ta' San Ġwanni Pawlu II. Fil-bidu tas-snin tmenin, kont iltqajt miegħu meta bħala abbati mort il-Vatikan flimkien ma' grupp ta' abbatini minn Malta u Għawdex. Dan ir-ritratt kien meħud fil-post fejn jinżel il-ħelikopter fil-Ġonna tal-Vatikan. Tifkira dejjiema. San Ġwanni Pawlu II itlob għalina.”
San Ġwanni Pawlu II twieled fil-Polonja fl-1920 bl-isem ta’ Karol Wojtyła u nħatar Papa fl-1978 fejn mexxa l-Knisja Kattolika għal kważi 27 sena. Kien l-ewwel Papa mhux Taljan f’aktar minn 450 sena u baqa’ magħruf għall-ħidma tiegħu favur il-paċi u d-drittijiet tal-bniedem. Matul il-pontifikat tiegħu żar bosta pajjiżi madwar id-dinja u ħalla impatt kbir fuq miljuni ta’ nies. Huwa miet fit-2 ta’ April tal-2005 u ġie ddikjarat qaddis fis-27 ta’ April 2014 mill-Papa Franġisku. Il-festa tiegħu tiġi ċċelebrata fit-22 ta’ Ottubru, il-ġurnata li fiha kien beda uffiċjalment il-pontifikat tiegħu fl-1978.
Lelio Spiteri