Dipartiment tal-Informazzjoni qasmu mas-segwaċi tagħhom kitba dwar il-misteru tal-għadam f’San Girgor, li jaf forsi huwa misteru ġdid għal bosta min-nies.
Qalu, “Il-misteru tal-għadam f’San Girgor. Kont taf li fl-1969 instabu fdalijiet umani fil-passaġġi moħbija taħt is-saqaf tal-Knisja l-Qadima ta’ Santa Katerina, magħrufa bħala San Girgor fiż-Żejtun? Din l-iskoperta qanqlet diversi mistoqsijiet dwar l-oriġini tal-fdalijiet, u għadha tifforma parti mill-istorja intriganti tal-wirt tagħna.”
Persuna fil-kummenti qalet, “L-għadam li nstab fl-1969 fil-passaġġi moħbija tal-Knisja ta’ San Girgor fiż-Żejtun għal żmien twil kien marbut mal-attakk Ottoman tal-1614. Skont leġġenda, xi Maltin kienu nħbew hemmhekk u nqatlu mit-Torok. Madankollu, studji xjentifiċi aktar reċenti wrew li l-fdalijiet kienu jappartjenu għal mill-inqas 92 persuna, irġiel u nisa, li mietu f’perjodi differenti.”
Malcom Zammit