X’Kostumi Se Jkunu Popolari Għal Halloween Din Is-Sena?

Għal Halloween, ħafna jkunu mistiedna għal xi festin bil-kostumi. Hekk kif din il-festa qed issir tant u tant aktar popolari f’Malta, l-interess fil-kostumi qiegħed dejjem jikber.

Jidher li din is-sena hawn interess kbir fil-kostumi relatati ma’ kemm karattri fittizji u anke nies tal-istorja. Lizzie Borden, mara Amerikana li tressqet u ġiet illiberata mill-akkużi tal-qtil ta’ missierha u ta’ mart missierha f’Fall River, Massachusetts. Hija reġgħet saret magħrufa sew meta r-raba’ staġun tas-sensiela popolari ta’ Netflix, Monster, reġa’ rrakkonta l-istorja tagħha ftit ġimgħat ilu. Madankollu, il-kostumi li jirrappreżentaw qattiela reali dejjem tqiesu bħala kontroversjali.

Kostumi ta’ karattri minn films tal-biża’ bħal Art the Clown minn Terrifier, Valak minn The Nun u The Conjuring, Nikki minn Obsession ukoll huma popolari. L-ikoni tal-films tal-biża’ mis-snin 70 u 80, bħal Michael Myers minn Halloween, Jason Vorhees minn Friday The 13th u Freddy Kruger minn Nightmare on Elm Street dejjem ikunu popolari.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI