“Patri Mark Montebello Kien Rikonoxxut B’Ġieħ Il-Kottonera” – L-E.T. Myriam Spiteri Debono

Fuq il-paġna uffiċjali tal-President ta’ Malta, inkiteb messaġġ dwar Jum il-Kottonera. Il-President faħħret il-ħidma tal-komunitajiet u l-kultura.

Ġie miktub, “Il-Ġimgħa filgħaxija, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri attendiet għall-kunċert ta’ Jum il-Kottonera, organizzat mill-Fondazzjoni Kottonera fil-Knisja Santa Liberata (tal-Kapuċċini) tal-Kalkara. Matul is-serata, Patri Mark Montebello kien rikonoxxut b’Ġieħ il-Kottonera, b’rikonoxximent għall-ħidma li wettaq matul is-snin b’risq il-komunitajiet tal-Kottonera, partikolarment fil-qasam soċjali, edukattiv u umanitarju.”

Qalu wkoll, “F’diskors tal-okkażjoni, il-President ta’ Malta aċċennat għal kif il-kultura ma tinsabx biss fil-monumenti, is-swar u l-binjiet storiċi li jdawru l-Kottonera, imma wkoll fil-qawmien soċjali, kulturali u ekonomiku li l-komunità ta’ dawn l-inħawi ta’ Malta esperjenzat matul is-snin. F’dan l-isfond, il-President ħeġġet biex ikomplu nħeġġu liż-żgħażagħ biex isiru jafu din l-istorja u jagħmluha tagħhom, biex ma nirriskjawx li nitilfu l-wirt li ma jgħaddix minn ġenerazzjoni għal oħra.”

Ritratt:

Facebook / Myriam Spiteri Debono

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI