Il-Patrijiet Franġiskani, fuq il-paġna tal-Knisja San Franġisk fil-Belt Valletta, sellmu lill-Patri Charles Bugelli OFM Cap li għadda għall-ħajja ta’ dejjem, permezz ta’ messaġġ fuq din l-istess paġna.
Kitbu, “Permezz ta' din il-paġna, aħna l-Patrijiet Franġiskani Konventwali tal-Belt insellmu l-memorja ta' Patri Charles Bugelli OFM Cap li għadda għal ħajja ta' dejjem. Filwaqt li nagħtu l-kondoljanzi tagħna lil Ħutna tal-Provinċja tal-Franġiskani Kapuċċini u l-familja tiegħu, ejjew nitolbu għalih sabiex il-Mulej fil-ħniena kbira tiegħu jagħtih il-mistrieħ ta' dejjem fis-Sema Pajjizna... Ammen.”
Huma ħabbru li l-funeral ser isir l-Erbgħa, 28 ta’ Ottubru 2026, fid-9:00 a.m., fil-Knisja tal-Kapuċċini, Għajn Dwieli.
Il-memorja tiegħu tibqa’ fi qlubna għal dejjem.
Facebook / Knisja San Franġisk Valletta