Tiċċelebra Għeluq Sninha L-Kantanta Mary Spiteri – Maħbuba Wisq!

Mary Spiteri

Il-kantanta ċelebri Maltija Mary Spiteri llum tiċċelebra għeluq sninha. Mary żgur li tibqa' magħrufa għall-kanzunetta tagħha Little Child li biha klassifikat fit-tielet post fil-Eurovision Song Contest tal-1992. Dak kien l-aħjar riżultat ta' Malta u sal-lum il-ġurnata għadu wieħed mill-aqwa erba' riżultati li qatt kiseb pajjiżna.

Riċentament, f'Dar il-Meditterran ittella' l-ispettaklu Mary Spiteri: My Life fejn tul l-ispettaklu ġiet iċċelebrata l-karriera grandjuża fil-kant tagħha mifruxa fuq 50 sena. Mary Spiteri hija fost l-aktar kantanti popolari f’Malta. Hija magħrufa wkoll għall-verżjoni tagħha tal-kanzunetta Tema ’79 mir-rock opera magħrufa Ġensna.

Infatti il-produzzjoni Mary Spiteri: My Life kienet l-ewwel bijografija ta' dan it-tip li ġiet prodotta live ġo teatru. F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Mary Spiteri l-isbaħ xewqat f'dan il-jum għażiż u nittamaw li jkollha sena mimlija saħħa, hena u paċi. Awguri Mary!

Ritratt:

Facebook/ Valletta Cultural Agency

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI