Il-kantant lokali Ivan Grech qasam messaġġ mill-qalb bi kliem tant prezzjuż għal persuna speċjali immens f'ħajtu, oħtu Josette Hamilton. Qasam ritratt flimkien ma' Josette għall-okkażjoni bħala parti mill-awgurju tiegħu.
"Nibgħat saħħa u mħabba lil persuna ġentili, unika u tassew speċjali; persuna li għandi x-xorti u l-kburija li nsejħilha oħti. Awguri mill-qalb f’għeluq sninek illum, u dejjem, oħti. Inħobbok. Tgħanniqa," kiteb Ivan. Bosta kkummentaw biex jagħtu x-xewqat sbieħ tagħhom huma wkoll lil Josette.
F'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw mill-qalb lil Josette f'jum għeluq sninha!